Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Għajnuna għall-impriżi li jikkonsmaw livell għoli ta’ enerġija – Liġi Awstrijaka dwar l-elettriku aħdar – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Riżorsi tal-Istat – Imputabbiltà lill-Istat – Natura selettiva – Regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa – Eċċess ta’ poter – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, J. Bauer, aġenti, assistiti minn T. Rabl, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, sussegwentement T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u S. Ossowski, sussegwentement S. Behzadi-Spencer u L. Christie, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/528/UE, tat-8 ta’ Marzu 2011, dwar miżura ta’ għajnuna mill-Istat C 24/09 (ex N 446/08) – Għajnuna mill-Istat lin-negozji konċentrati fl-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija Ekoloġika fl-Awstrija (ĠU L 235, p. 42).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.