Language of document : ECLI:EU:T:2016:308

Kawżi magħquda T‑423/13 u T‑64/14

Good Luck Shipping LLC

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari fl-Iran – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ liġi – Bażi legali – Żball ta’ evalwazzjoni – Assenza ta’ provi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Mejju 2016

1.      Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2) u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

2.      Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Esklużjoni tal-informazzjoni li ġiet miġjuba għall-attenzjoni tal-istituzzjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

3.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi inkriminanti – Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem tar-rikorrenti fuq il-lista tal-persuni koperti minn dawn il-miżuri

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dritt suġġett għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)

5.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Awtorità assoluta ta’ res judicata – Konsegwenzi ta’ sentenza ta’ annullament b’awtorità ta’ res judicata ‑ Motiv ta’ ordni pubbliku li jista’ jitqajjem ex officio mill-qorti tal-Unjoni

(Artikolu 264 TFUE)

6.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Atti li jimponu l-miżuri restrittivi li jipprovdu l-applikazzjoni ta’ dawn fil-konfront ta’ entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn entità koperta mill-iffriżar ta’ fondi – Annullament tal-miżuri restrittivi li jirrigwardaw din l-entità tal-aħħar – Konsegwenzi – Invalidità tal-miżuri restrittivi li jirrigwardaw l-entitajiet mjiżmuma jew ikkontrollati (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 522/2013)


7.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Atti li jimponu l-miżuri restrittivi li jipprovdu l-applikazzjoni ta’ dawn fil-konfront ta’ entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn entità koperta mill-iffriżar ta’ fondi – Annullament, minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ġenerali ta’ inklużjoni, ta’ miżuri restrittivi li jirrigwardaw din l-entità tal-aħħar – Konsegwenzi – Invalidità tal-miżuri restrittivi li jirrigwardaw l-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati – Modifika tal-kriterji ġenerali ta’ inklużjoni – Assenza ta’ rilevanza

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/661/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1154/2013)

8.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Annullament parzjali f’żewġ mumenti differenti ta’ żewġ atti li jinkludu miżuri restrittivi identiċi – Riskju ta’ detriment serju għaċ-ċertezza legali ‑ Żamma tal-effetti tal-ewwel wieħed minn dawn l-atti sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tat-tieni wieħed

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjonijiet tal-Kunsill Nru 2010/413/PESK, 2013/270/PESK u 2013/661/PESK ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012, Nru 522/2013 u Nru 1154/2013)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 46-52)

2.      Il-legalità ta’ att li permezz tiegħu ġew adottati miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità ma tistax tiġi evalwata, fil-prinċipju, ħlief fuq il-bażi ta’ punti ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom ġew adottati dawn l-atti, u mhux fuq il-bażi ta’ informazzjoni li tkun ġiet miġjuba għall-attenzjoni tal-Kunsill wara l-adozzjoni ta’ tali atti, anki jekk dan tal-aħħar huwa tal-fehma li l-imsemmija informazzjoni tista’ leġittimament tikkomplementa r-raġunijiet mogħtija f’dawn l-atti u tikkontribwixxi sabiex tipprovdi bażi għall-adozzjoni tagħhom.

(ara l-punt 55)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 56, 57, 60, 63-65)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 62)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 76)

6.      Il-validità tal-inklużjoni tal-isem ta’ entità fuq il-lista ta’ persuni jew entitajiet koperti minn miżuri restrittivi minħabba r-rabtiet tagħha ma’ entità oħra li isimha jkun ġie inkluż fuq l-imsemmija lista hija suġġetta għall-kundizzjoni li, fid-data tal-inklużjoni, l-isem ta’ din l-entità jiġi validament inkluż fuq din il-lista. Fil-fatt, l-iffriżar ta’ fondi ta’ entitajiet proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn entità li isimha jkun ġie validament inkluż fil-lista inkwistjoni jew li taġixxi f’isem din l-entità l-oħra huwa meħtieġ u xieraq sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri adottati kontriha u sabiex jiġi żgurat li dawn il-miżuri ma jiġux evitati, l-inklużjoni fuq l-imsemmija listi ma tkunx iktar iġġustifikata minn dawn l-għanijiet fl-assenza ta’ inklużjoni valida f’isem din l-entità l-oħra.

Għalhekk, il-Kunsill iwettaq żball ta’ liġi meta jibbaża d-deċiżjoni li jżomm l-inklużjoni tal-isem ta’ entità fil-lista ta’ persuni jew entitajiet koperti minn miżuri restrittivi minħabba r-rabtiet tagħha ma’ entità oħra li isimha jkun ġie inkluż fuq l-imsemmija lista, meta l-inklużjoni tal-isem ta’ din tal-aħħar sussegwentement titħassar mill-ordni ġuridiku wara sentenza ta’ annullament. Fil-fatt, anki jekk l-effetti tal-inklużjoni tal-isem ta’ din l-entità l-oħra fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet koperti minn miżuri restrittivi kienu miżmuma mis-sentenza għall-annullament, sal-iskadenza tal-appell, l-imsemmija inklużjoni kienet madankollu tħassret retroattivament mill-ordinament ġuridiku meta dan il-perjodu skada.

(ara l-punti 77, 79, 83)

7.      Meta l-Qorti Ġenerali tannulla l-miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari fl-Iran u tiffissa, fis-sentenza ta’ annullament, perijodu li fih l-effetti tal-annullament jiġu sospiżi sabiex il-Kunsill ikun jista’ jirrimedja l-ksur ikkonstatat billi jadotta, skont il-każ, kriterji ġenerali ġodda ta’ inklużjoni fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi u għal miżuri restrittivi ġodda, li huma intiżi li jiffriżaw il-fondi tal-entità kkonċernata fil-futur, la l-kriterji ġenerali ġodda ta’ inklużjoni u lanqas il-miżuri restrittivi ġodda ma jivvalidaw miżuri li nstabu li huma illegali permezz ta’ sentenza ta’ annullament.

Barra minn hekk, is-sempliċi modifika matul il-perijodu ta’ sospensjoni tal-effetti tal-annullament, tal-imsemmija kriterji ġenerali ta’ inklużjoni, ma għandhiex l-effett li trendi valida, b’effett minn din il-modifika, l-inklużjoni fuq il-listi inkwistjoni li jkunu saru fuq il-bażi ta’ kriterji ġenerali ta’ inklużjoni preċedenti, u li, matul il-perijodu ta’ sospensjoni tal-effetti tal-annullament skadew, u tħassru reroattivament mill-ordni ġuridiku daqslikieku qatt ma eżistew.

Għalhekk, il-Kunsill wettaq żball ta’ liġi meta ddeċieda li jżomm l-inklużjoni tal-isem ta’ entità fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet koperti mill-miżuri restrittivi minħabba r-rabtiet tagħha ma’ entità oħra li l-inklużjoni tagħha fuq l-imsemmija lista ġiet annullata, anki jekk din id-deċiżjoni li tinżamm l-inklużjoni saret wara l-adozzjoni ta’ kriterji ġenerali ġodda għall-inklużjoni fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi sabiex jiġi żgurat li l-inklużjoni tal-isem ta’ din l-entità l-oħra ssir konformi ma’ dawn il-kriterji ġenerali ġodda ta’ inklużjoni.

(ara l-punti 80, 97, 100)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 101-106)