Language of document : ECLI:EU:T:2010:442





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010 – Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-439/08)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru – Dokumenti li joriġinaw minn terz – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors ippreżentat kontra l-awtur tal-att ikkontestat - Eċċezzjonijiet - Atti adottati bis-saħħa ta’ setgħat iddelegati imputabbli lill-istituzzjoni li tkun iddelegathom - Kundizzjonijiet (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 34-38)

2.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) li tiċħad parzjalment talba għal aċċess għal dokumenti mressqa skont ir-Regolament Nru 1049/2001 - Kompetenza deċiżjonali tal-EACEA li hija distinta minn dik tal-Kummissjoni - Inklużjoni fil-kunċett (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 42-45)

3.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità - Portata - Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita - Att ta’ natura ġenerali li jkun il-bażi tad-deċiżjoni kkontestata – Neċessità ta’ rabta legali bejn l-att ikkontestat u l-att ġenerali kontenzjuż (Artikoli 230 KE u 241 KE) (ara l-punti 49-51, 53, 54)

4.                     Komunitajiet Ewropej - Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Artikolu 255 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 UE - Effett dirett - Assenza - Effett (Artikolu 255 KE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 UE) (ara l-punti 62, 63)

5.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal dokumenti tal-Kummissjoni wara talba ġdida - Evalwazzjoni tan-natura definittiva jew le ta’ din id-deċiżjoni - Obbligu li titressaq talba għal aċċess ġdida konfermatorja - Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 4(1)(3) u (7), 6(1), 7 u 8(1)) (ara l-punti 73-75, 78)

6.                     Komunitajiet Ewropej - Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Obbligu tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi li jiżviluppaw prattiki amministrattivi tajba (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 15(1)) (ara l-punti 88-90)

7.                     Komunitajiet Ewropej - Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Dokumenti li joriġinaw minn terzi - Konsultazzjoni minn qabel tat-terzi kkonċernati - Portata - Natura imperattiva - Assenza - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(4)) (ara l-punt 95)

8.                     Komunitajiet Ewropej - Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Kundizzjonijiet - Interpretazzjoni stretta - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Obbligu tal-istituzzjoni jew tal-korp li jagħmlu eżami konkret u individwali tad-dokumenti - Possibbiltà li jingħata aċċess parzjali għal dokumenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2)(3) u (6)) (ara l-punti 105-108)

9.                     Komunitajiet Ewropej - Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Obbligu tal-istituzzjoni jew tal-korp li jagħmlu eżami konkret u individwali tad-dokumenti - Portata - Possibbiltà li jingħata aċċess parzjali għal dokumenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(b) u (6)) (ara l-punti 111, 112, 114-120)

10.                     Komunitajiet Ewropej - Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna ġuridika - Obbligu tal-istituzzjoni jew tal-korp li jagħmlu eżami konkret u individwali tad-dokumenti - Possibbiltà li jingħata aċċess parzjali għal dokumenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 125-127, 129)

11.                     Komunitajiet Ewropej - Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti - Kunċett - Obbligu tal-istituzzjoni jew tal-korp li jibbilanċjaw l-interessi inkwistjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2) u (3)) (ara l-punti 136, 137, 139-142)

12.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(b), (2) u (3)) (ara l-punti 146-150)

13.                     Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Att li ma jiġix ippubblikat u li ma jiġix innotifikat lir-rikorrent - Għarfien preċiż tal-kontenut u tal-motivi - Obbligu li jintalab it-test sħiħ tal-att f’terminu raġonevoli ladarba tkun magħrufa l-eżistenza tiegħu - Talba mressqa iktar minn erba’ xhur wara li kienet magħrufa l-eżistenza tad-deċiżjoni kkontestata - Natura irraġonevoli ta’ tali terminu - Inammissibbiltà tat-talba (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 157-161)

14.                     Proċedura - Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża - Talba mressqa għall-ewwel darba fir-replika - Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 168, 169)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EACEA, tal-1 ta’ Awwissu 2008, dwar talba għal aċċess għad-dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3749, tat-8 ta’ Awwissu 2008, dwar deċiżjoni individwali ta’ għoti ta’ sussidju fil-kuntest tal-Programm għall-edukazzjoni u l‑formazzjoni tul il-ħajja, sub programm Jean Monnet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kalliope Agapiou Joséphidès hija kkundannata għall-ispejjeż.