Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-4/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jiġu kkomunikati lilu l-kowds kollha ta’ aċċess għas-siti tal-internet tal-Kummissjoni li huma aċċessibbli għal kull uffiċjal tagħha, wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-4 ta’ Novembru 2008, F-41/06, li tannulla d-deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni li ssuġġettatu għall-irtirar minħabba invalidità.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni li tiċħad il-pretensjoni fit-talba tal-20 ta’ Ottubru 2010, mibgħuta lill-Awtorità tal-Ħatra;
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-24 ta’ Mejju 2011, mibgħut mir-rikorrent lill-Kummissjoni kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-20 ta’ Ottubru 2010;
sa fejn meħtieġ, tiddikjara n-Nota Ares(2011)217354 irreġistrata bid-data tat-28 ta’ Frar 2011 legalment infondata;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.