Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA)

(Kawża T-572/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja ) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2014 (Każ R 527/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 361, 13.10.2014.