Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ġunju 2011 - Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones vs UASI - MIP Metro (METROINVEST)

(Kawża T-284/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta' Marzu 2011, fil-Każ R 954/2010-1, u tilqa' l-applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja "METROINVEST";

sussidjarjament, u unikament f'każ li tinċaħad it-talba preċedenti, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta' Marzu 2011, fil-Każ R 954/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "METROINVEST", għal servizzi fil-klassi 36 - Reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7112113

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni Nru 30348717 tat-trade mark figurattiva "METRO" fil-Ġermanja, bil-kulur blu u isfar, għal firxa ta' prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 45; Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 779116, tat-trade mark figurattiva "METRO" bil-kulur isfar, għal firxa ta' prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, marbuta mad-dritt għal smigħ xieraq u l-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni u mal-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta' trattament ugwali. Ksur mill-Bord tal-Appell tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, minħabba nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.

____________