Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 taʼ Mejju 2013 - Canga Fano vs Il-Kunsill

(Kawża T-281/11 P) 

(

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2009 - Deċiżjoni li l-appellant ma jiġix promoss fill-grad AD 13 - Paragun tal-merti - Stħarriġ mill-qorti tal-iżball manifest ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Diego Canga Fano (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-24 taʼ Marzu 2011, Canga Fano vs Il-Kunsill (F-104/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

D. Canga Fano għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.