Language of document : ECLI:EU:T:2011:245





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)

(Kawża T-392/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 892/2010‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EURO AUTOMATIC CASH bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Euro-Information – Européenne de traitement de l’information

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali EURO AUTOMATIC CASH għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 sa 38 u 42 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4114864

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-eżaminatur; reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni parzjalment miċħuda; deċiżjoni meħuda sussegwentement għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2010, Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH) (T‑15/09, mhux ippubblikata fil-Ġabra


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Euro-Information – Européenne de traitement de l’information hija kkundannata għall-ispejjeż.