Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/10 INTP) 1

(“Proċedura – Interpretazzjoni ta’ sentenza – Rettifika – Nuqqas li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH (Hamm, il-Ġermanja), Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm), Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Stadler, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Bottka, H. Leupold u G. Meessen, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (T-393/10, EU:T:2015:515) u, sussidjarjament, talba għal rettifika u għal rimedju għal nuqqas li tingħata deċiżjoni li tikkonċerna din is-sentenza.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Westfälische Drahtindustrie GmbH, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 301, 6.11.2010.