Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2010 - Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni
"Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għat-taħriġ - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Neċessità tal-għajnuna - Effetti pożittivi - Obbligu ta' motivazzjoni"
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja); u Land Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u T. Graf, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. França, K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/878/KE, tat-2 ta' Lulju 2008, dwar għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja beħsiebha tagħti lil DHL (ĠU L 312,p. 31).
Ir-rikors huwa miċħud.
Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 - ĠU C 327, 20.12.2008.