Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2022 – I GmbH vs J R

(Kawża C-749/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: I GmbH

Konvenut: J R

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika li skontha leave annwali mħallas, mitlub minn ħaddiem u mogħti mill-persuna li timpjega, li jikkoinċidi fiż-żmien ma’ kwarantina domestika ordnata wara li leave kien ingħata mill-awtorità kompetenti minħabba suspett ta’ infezzjoni, ma jingħatax, fejn il-ħaddiem ma jkunx inkapaċi għax-xogħol minħabba mard matul il-kwarantina?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.