Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-545/11 RENV) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza attiva ‘glifosat’ – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Interess pubbliku superjuri – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 – Direttiva 91/414/KEEˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Greenpeace Nederland (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Kloostra u A. van den Biesen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, P. Ondrůšek u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, L. Swedenborg u F. Bergius, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u D. Klebs, aġenti); European Chemical Industry Council (Cefic) (Brussell) u Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) (Brussell) (rappreżentanti: I. Antypas u D. Waelbroeck, avukati); CropLife International AISBL (CLI) (Brussell) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier, avukati, u D. Abrahams, barrister); CropLife America Inc. (Washington, DC, l-Istati Uniti), National Association of Manufacturers of the United States of America (NAM) (Washington) u America Chemistry Council Inc. (ACC) (Washington) (rappreżentanti: inizjalment M. Abenhaïm u K. Nordlander, avukati, sussegwentement K. Nordlander u M. Zdzieborska, solicitor, u fl-aħħar nett K. Nordlander, M. Zdzieborska u Y.-A. Benizri, avukat); u European Crop Care Association (ECCA) (Brussell) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Awwissu 2011, li tirrifjuta li tagħti l-aċċess għall-volum 4 tal-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni, redatt mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bħala Stat Membru relatur, tas-sustanza attiva “glifosatˮ, skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414 tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Stichting Greenpeace Nederland u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) huma kkundannati għall-ispejjeż.

Ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 355, 3.12.2011.