Language of document : ECLI:EU:T:2018:817

Kawża T545/11 RENV

Stichting Greenpeace Nederland

u

Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza attiva “glyphosate” – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Interess pubbliku superjuri – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 – Direttiva 91/414/KEE”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal‑21 ta’ Novembru 2018

1.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Possibbiltà għall-Istat Membru li jitlob lill-istituzzjoni li d-dokumenti ma jiġux żvelati – Kompetenza tal-istituzzjoni – Stħarriġ tal-fondatezza tar-rifjut ta’ aċċess fid-dawl tal-eċċezzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament – Portata – Obbligu ta’ motivazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1) sa (3) u (5))

2.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Talba għal aċċess li tikkonċerna informazzjoni ambjentali – Regolament Nru 1367/2006 – Preżunzjoni inkonfutabbli tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jimponi l-iżvelar ta’ informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent– Riskju li jiġu ppreġudikati l-interessi kummerċjali tal-persuni kkonċernati fil-każ ta’ żvelar – Assenza ta’ effett

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u Nru 1367/2006, Artikolu 6(1))

3.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Talba għal aċċess li tikkonċerna informazzjoni ambjentali – Regolament Nru 1367/2006 – Informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent – Kunċett – Interpretazzjoni wiesgħa (Artikolu 339 TFUE; Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 4(4)(d); Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u Nru 1367/2006, premessa 2 u Artikolu 2(1)(d) u Artikolu 6(1))

4.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Talba għal aċċess li tikkonċerna informazzjoni ambjentali – Regolament Nru 1367/2006 – Informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent – Kunċett – Dokumenti li jirrigwardaw l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza attiva “glyphosate” – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikolu 6(1) u Nru 1107/2009, Artikolu 29, Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I)

5.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti – Obbligu ta’ eżami konkret u individwali fir-rigward tad-dokumenti koperti minn eċċezzjoni – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

6.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2))

7.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Possibbiltà għall-Istat Membru li jitlob lill-istituzzjoni li d-dokumenti ma jiġux żvelati – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni għall-istħarriġ tal-fondatezza tar-rifjut tal-istituzzjoni kkonċernata – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1) sa (3) u (5))

8.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni li jirrigwardaw il-motivi tar-rifjut ta’ talba għal aċċess għal informazzjoni ambjentali – Effett dirett – Assenza

(Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 4(4))

9.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Effetti – Supremazija fuq l-atti tad-dritt sekondarju tal-Unjoni – Interpretazzjoni tad-dritt sekondarju fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi – Limiti

(Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 9(3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 36 sa 41, 43, 44)

2.      L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità [Ewropea] tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tobbliga l-iżvelar ta’ dokument meta l-informazzjoni mitluba tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent, anki fil-każ ta’ riskju li jiġu ppreġudikati l-interessi protetti mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

(ara l-punt 49)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 56 sa 58)

4.      Ma fihom l-ebda informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità [Ewropea] tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, dokumenti relatati mal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-glyphosate bħala sustanza attiva, maħruġa skont id-Direttiva 91/414, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Fil-fatt, sustanza attiva bħalma hija l-glyphosate għandha tiġi approvata fil-livell tal-Unjoni qabel ma tidħol fil-kompożizzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li, min-naħa tagħhom, għandhom neċessarjament ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni ta’ Stat Membru sabiex jiġi żgurat li l-kompożizzjoni tal-imsemmija prodotti tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 1107/2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni u l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glyphosate fil-livell tal-Unjoni ma għandha tippreżenta, bħala prinċipju, ebda rabta mal-użu konkret sussegwenti li jsir minn din is-sustanza. Fil-fatt, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glyphosate ma tinkludi bl-ebda mod l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ din is-sustanza, b’mod iżolat. Huwa biss meta din is-sustanza tidħol fil-kompożizzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat sabiex jitqiegħed fis-suq minn Stat Membru li tintuża din is-sustanza. Għaldaqstant, għalkemm huwa minnu li sustanza attiva bħall-glyphosate hija neċessarjament irrilaxxata fl-ambjent f’mument taċ-ċiklu tal-ħajja tagħha, dan huwa l-każ biss permezz ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti suġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni.

F’dawk iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li huwa biss fl-istadju tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott speċifiku għall-protezzjoni tal-pjanti li l-Istat Membru għandu jevalwa kwalunkwe emissjonijiet fl-ambjent u li toħroġ informazzjoni konkreta dwar in-natura, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-data u l-post tal-emissjonijiet effettivi jew prevedibbli, f’tali ċirkustanzi, tas-sustanza attiva u tal-prodott speċifiku għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludiha. F’dan ir-rigward, peress li l-użu, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni u l-kompożizzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat minn Stat Membru fit-territorju tiegħu jistgħu jkunu differenti ħafna minn dawk tal-prodotti evalwati fil-livell tal-Unjoni, fl-istadju tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva, l-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti dwar l-ewwel awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq tal-glysophate bħala sustanza attiva ma tikkonċernax emissjonijiet li r-rilaxx tagħhom fl-ambjent huwa prevedibbli u li għandhom biss rabta ma’ emissjonijiet fl-ambjent. Għaldaqstant, tali informazzjoni hija eskluża mill-kunċett ta’ informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent.

(ara l-punti 82, 88, 90, 91)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 97 sa 99, 107)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 100, 101)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 103)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 105)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 106)