Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/13)1

[“Fond ta’ Koeżjoni – Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (Port ta’ Caniçal) – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, assistit minn M. Gorjão-Henriques u J. da Silva Sampaio, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija lir-Repubblika Portugiża għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall).DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija lir-Repubblika Portugiża għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall), hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 226, 03.08.2013.