Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Bouillez vs Il-Kunsill

(Kawża T-31/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2007 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 266 TFUE – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Kontradizzjoni ta’ motivi – Eżami komparattiv tal-merti – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Vincent Bouillez (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Novembru 2012, Bouillez vs Il-Kunsill (F-75/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.Vincent Bouillez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.