Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Türkiye Garanti Bankasi vs UASI – Card & Finance Consulting (bonus & more)

(Kawża T-33/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bonus & more – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti bonus net – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Türkiye Garanti Bankasi AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Card & Finance Consulting GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja)SuġġettTalba għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1890/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Türkiye Garanti Bankasi AS u Card & Finance Consulting GmbH.DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1890/2011-4) hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Türkiye Garanti Bankasi A

S.

____________

____________

1     ĠU