Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2023 – Unite Network vs EUIPO - Unión Detallistas Españoles (unite mercateo)

(Kawża T-1186/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Unite Network SE (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: J.-C. Rebling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unión Detallistas Españoles S. Coop. Unide (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “unite mercateo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 871 391

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 219/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________