Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2019 – PNB Banka et vs BĊE
(Kawża T-330/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja), CR u CT (rappreżentanti: O. Behrends u M. Kirchner, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-21 ta’ Marzu 2019 rigward l-akkwist propost ta’ ishma kwalifikanti mir-rikorrenti fil-bank immirat.
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-perijodu ta’ evalwazzjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2013/36/UE 1 skada qabel id-deċiżjoni kkontestata u ma kienx għaldaqstant possibbli għall-BĊE li jopponi l-akkwist propost.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-BĊE kiser il-proċedura stabbbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament MSU 2 u l-Artikoli 85 sa 87 tar-Regolament Qafas MSU 3 .
It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-implementazzjoni Latvjana tagħha.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-BĊE.
Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-BĊE tan-natura diskrezzjonali tad-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni għall-akkwist propost.
Is-sitt motiv ibbażat fuq żnaturament tal-fatti relevanti tal-kawża mill-BĊE.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali mill-BĊE.
It-tmien aggravju ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser il-prinċipju nemo auditor billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni r-responsabbiltà tiegħu stess għat-telf ta’ fiduċja fil-proċess regolatorju.
____________
1 Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifiki fil-ĠU 2013, L 176, p. 338 u fil-ĠU 2013, L 208, p. 73).
2 Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).
3 Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) ĠU 2014, L 141, p. 1).