Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Mejju 2021 – VA vs Deutsche Rentenversicherung Bund

(Kawża C-283/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VA

Konvenut: Deutsche Rentenversicherung Bund

fil-preżenza ta’: RB

Domandi preliminari

Skont il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi, bħala l-Istat Membru responsabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 1 , perijodu ta’ trobbija tat-tfal fis-sens tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali 2 , għandu jiġi kkunsidrat mill-fatt li l-perijodu tat-trobbija tat-tfal fil-Pajjiżi l-Baxxi, purament bħala perijodu ta’ residenza, jistabbilixxi drittijiet għall-pensjoni?

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

L-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 987/2009, insegwitu għas-sentenzi tat-23 ta’ Novembru 2000, Elsen 3 u tad-19 ta’ Lulju 2012, Reichel-Albert 4 , għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ fis-sens li jfisser li l-Istat Membru responsabbli għandu jqis ukoll il-perijodu tat-trobbija tat-tfal jekk il-persuna li trabbi t-tfal, qabel u wara l-perijodu tat-trobbija tat-tfal, għandha perijodi ta’ drittijiet għall-pensjoni minħabba taħriġ jew impjieg biss taħt l-iskema ta’ dan l-Istat, iżda ma għamlitx kontribuzzjonijiet f’din l-iskema immedjatament qabel jew wara li rabbiet it-tfal?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

2     ĠU 2009, L 284, p. 1.

3     C-135/99, ECLI:EU:C:2000:647.

4     C-522/10, ECLI:EU:C:2012:475.