Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Frar 2012 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-469/09) 

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Setturi tal-ipproċessar tad-tadam u tal-ħażna tar-ross - Kontrolli prinċipali - Sistema integrata ta' ġestjoni u ta' kontroll dwar ċerti skemi ta' għajnuna Komunitarji - Prinċipju ta' proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. K. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u A. Markoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta' Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija ta' Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010.