Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Lulju 2012 - Comercial Losan vs UASI - McDonald's International Property (Mc. Baby)

(Kawża T-466/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Mc. Baby - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Mc Kids. always quality. always fun! - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comercial Losan, SLU (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: McDonald's International Property Co. Ltd (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta' Settembru 2009 (Każ R 1706/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn McDonald's International Property Co. Ltd u Comercial Losan, SLU.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Comercial Losan, SLU hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010.