Language of document : ECLI:EU:T:2012:369



1      

            1

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — medi vs UASI (medi)

(Kawża T-470/09)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali medi — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 16)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17, 18, 31)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali medi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 19, 36, 38)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni mill-Uffiċċju tan-natura reġistrabbli — Produzzjoni ta’ provi — Assenza ta’ neċessità (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 22)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Effett (ara l-punt 41)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 692/2008‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali medi bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Medi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.