Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad - Burgas (il-Bulgarija) fil-31 ta’ Marzu 2021 – Proċeduri kriminali kontra “DELTA STROY 2003” EOOD

(Kawża C-203/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad - Burgas

Partijiet fil-kawża prinċipali

“DELTA STROJ 2003” EOOD

Domandi preliminari

L-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (ĠU 2006, L 159M, p. 223) kif ukoll l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-qorti nazzjonali tista’, fi proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi sanzjoni fuq persuna ġuridika għal reat konkret li t-twettiq tiegħu jkun għadu ma ġiex stabbilit minħabba li huwa s-suġġett ta’ proċedura kriminali parallela li għadha ma ġietx konkluża b’mod definittiv?

L-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/212 kif ukoll l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-qorti nazzjonali tista’, fi proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi sanzjoni fuq persuna ġuridika filwaqt li tistabbilixxi, bħala l-ammont ta’ din is-sanzjoni, il-valur tal-vantaġġ li seta’ nkiseb minn reat konkret, li t-twettiq tiegħu jkun għadu ma ġiex stabbilit minħabba li huwa s-suġġett ta’ proċedura kriminali parallela li għadha ma ġietx konkluża b’mod definittiv?

____________