Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - Glaverbel vs L-UASI (Nisġa tal-wiċċ tal-ħġieġ)

(Kawża T-141/06)1

("Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta n-nisġa tal-wiċċ tal-ħġieġ - Raġuni assoluta ta' ċaħda - Nuqqas ta' prova tal-karattru distintiv miksub permezz ta' l-użu")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glaverbel SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Möbus u T. Koerl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar, aġent)

Suġġett

Rikors magħmul kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, ta' l-1 ta' Marzu 2006, (Każ R 986/2004-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark figurattiva li tirrappreżenta n-nisġa tal-wiċċ tal-ħġieġ bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Glaverbel SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 178, 29.7.2006.