Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Schmidt Spiele vs UASI (Rappresentazzjoni ta’ mwejjed tal-board games)

(Kawżi magħquda T-492/13 u T-493/13)1

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji figurattivi li jirrappreżentaw imwejjed għal board games - Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmidt Spiele GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każijiet R 1767/2012-1 u R 1768/2012-1), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ sinjali figurattivi li jirrappreżentaw imwejjed għal board games bħala Trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każijiet R 1767/2012 u R 1768/2012 1) huma annullati, sa fejn huma ċaħdu l-appelli ta’ Schmidt Spiele GmbH għal prodotti u servizzi oħra bl-eċċezzjoni tal-“kompjuters”, il-“(Programmi) tal-logħob tal-kompjuter; programmi tal-logħob tal-video rreġistrati fuq cartridges, floppy disks, CD-ROMs, cassettes, tejps u diski mini”, is-“softwer [programmi rreġistrati]; programmi tal-kompjuter (PHP Portal)”, li jaqgħu fil-Klassi 9, il-“karta u kartun prodotti (inklużi fil-klassi 16); stampati bil-kulur”, li jaqgħu fil-klassi 16, il-“logħob [inkluż logħob elettroniku u logħob video] ħlief bħala apparati, apparat għal skrins esterni jew monitors”, il-“karti tal-logħob”, il-“board games”, u l-“apparat li jinġarr sabiex isir logħob elettroniku”, li jaqgħu fil-klassi 28, u d-“divertiment”, l-“organizzazzjoni u [t-tmexxija ta’ manifestazzjonijiet] ta’ divertiment” u s-“servizzi relatati mal-rikreazzjoni”, li jaqgħu fil-klassi 41. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. Schmidt Spiele hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tal-UASI, kif ukoll nofs l-ispejjeż tagħha. L-UASI huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż ta’ Schmidt Spiele, kif ukoll nofs l-ispejjeż tiegħu.