Language of document : ECLI:EU:T:2012:312





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Kraft Foods Schweiz vs UASI — Compañia Nacional de Chocolates (CORONA)

(Kawża T-357/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CORONA — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KARUNA u KARŪNA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva CORONA — Trade marks verbali KARUNA u KARŪNA (ara l-punti 23, 39, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 696/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Schweiz Holding GmbH u Compañia Nacional de Chocolates, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kraft Foods Schweiz Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.