Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2014 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ ħobż għas-sandwiċ tond)

(Kawża T-542/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1911/2013-4, peress li hija illegali u tikser id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ dwar it-trade mark Komunitarja, u tiddeċiedi skont it-talbiet inklużi fir-rikors, kemm jekk fuq bażi tad-differenza intrinsika tat-trade mark tridimensjonali li saret l-applikazzjoni għaliha jew abbażi tad-distintività miksuba bl-użu, tilqa’ dan ir-rikors u tordna r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 11 747 987, għal prodotti fil-klassi 30 tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali, minħabba li din hija legali u ammissibbli;ladarba dan ir-rikors jiġi milqugħ u t-trade mark inkwistjoni tiġi rreġistrata, tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri u t-taxxi mħallsa lill-UASI.Motivi u argumenti prinċipaliTrade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ ħobż għas-sandwiċ tond fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 747 987Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009