Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-115/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011, u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni b’applikazzjoni tad-DGI il-ġodda.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Jannar u dik tat-13 ta’ Marzu 2014 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tagħha, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.