Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Bärwinkel vs Il-Kunsill

(Kawża F-118/14)

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni tal-impjiegi tip – Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju – Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-eżerċizzju, minn ċerti uffiċjali, ta’ responsabbiltajiet speċjali – Nuqqas ta’ inklużjoni tal-isem tar-rikorrent fl-ewwel lista ta’ 34 uffiċjal rikonoxxut li jeżerċita responsabbiltajiet speċjali – Rekwiżiti relatati mal-fażi prekontenzjuża – Assenza ta’ ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Wolfgang Bärwinkel (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u E. Rebasti, aġenti, sussegwentement minn M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni ta’ uffiċjali fil-gradi AD 9 sa AD14 li jokkupaw karigi identifikati bħala li jinkludu responsabbiltajiet speċjali fl-impjieg tip “Kap ta’ Unità [Diviżjoni] jew ekwivalenti” jew “Konsulent jew ekwivalenti” qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 u li ma jinkludux lir-rikorrent fost l-uffiċjali li jibbenefikaw minn din il-klassifikazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________