Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Polytetra vs UASI – EI du Pont de Nemours (POLYTETRAFLON)

(Kawża T-660/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali POLYTETRAFLON – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TEFLON – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Prodott finali li jintegra komponent – Użu mit-trade mark preċedenti fir-rigward tal-prodotti finali ta’ terz – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polytetra GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schiffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2005/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EI du Pont de Nemours and Company u Polytetra GmbH.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-29 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2005/2010-1) hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Polytetra GmbH.EI du Pont de Nemours and Company għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 65, 3.3.2012.