Language of document : ECLI:EU:T:2014:559





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – WeserWind vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑173/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza – Fumus boni juris”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tal-kumpannija u tal-azzjonisti tiegħu – Interess pubbliku fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni superjuri għall-interess partikolari tal-kumpanniji li jagħmlu parti mill-grupp ta’ appartenenza – Nuqqas ta’ kapaċità legali tal-grupp ta’ appartenenza li jipprovdi sostenn finanzjarju – Assenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 18-21, 27-33)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba – Preżentata ta’ nota komplementari bl-għan li tirrimedja nuqqasijiet – Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(2) u 109) (ara l-punti 22-24)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali kklassifikata provviżorjament bħala għajnuna ġdida – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza prima facie (Artikoli 108(2) TFUE, 278 TFUE u 296(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6(1)) (ara l-punti 38, 39)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali kklassifikata provviżorjament bħala għajnuna ġdida – Dubji serji dwar l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni – Stħarriġ ġudizzjarju – Neċessità li r-rikorrent juri żball manifest ta’ evalwazzjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 278 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 6 u 7) (ara l-punti 44-50)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali kklassifikata provviżorjament bħala għajnuna ġdida – Miżura li tistabbilixxi l-limitu massimu, għall-konsumaturi l-kbar tal-enerġija, ta’ imposta fuq il-konsum tal-elettriku – Klassifikazzjoni provviżorja bħala miżura ta’ natura selettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni – Assenza prima facie (Artikoli 107(1) TFUE, 108(2) TFUE u 278 TFUE) (ara l-punti 56, 57)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali kklassifikata provviżorjament bħala għajnuna ġdida – Miżura intiża li tikkumpensa l-iżvantaġġi strutturali li jolqtu impriżi stabbiliti fi Stat Membru – Klassifikazzjoni provviżorja bħala miżura li tagħti vantaġġ u li tista’ tolqot il-kummerċ bejn Stati Membri – Żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni – Assenza prima facie (Artikoli 107(1) TFUE, 108(2) TFUE u 278 TFUE) (ara l-punti 58-63)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali kklassifikata provviżorjament bħala għajnuna ġdida – Miżura li tistabbilixxi l-limitu massimu ta’ imposta fuq il-konsum tal-elettriku – Irkupru tal-imposta li jiddependi mid-diskrezzjoni ta’ impriżi privati li jipprovdu l-elettriku – Klassifikazzjoni provviżorja bħala miżura li tagħti vantaġġ imputabbli lill-Istat – Żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni – Assenza prima facie (Artikoli 107(1) TFUE, 108(2) TFUE u 278 TFUE) (ara l-punti 69-77)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, WeserWind vs Il-Kummissjoni (T‑173/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.