Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-172/14) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Rikors għal annullament – Talba għall-adattament tat-talbiet – Assenza ta’ element ġdid – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stahlwerk Bous GmbH (Bous, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. Renner, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (rappreżentanti: X. Lewis, M. Schneider, M. Moustakali u C. Perrin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami.

It-talba intiża għall-adattament tat-talbiet tar-rikors ineżami sabiex ikopru d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 8786 final, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn Flachglas Torgau GmbH u Saint-Gobain Isover G+H AG, minn Kronotex GmbH & Co. KG u Kronoply GmbH, minn Bayer MaterialScience AG, minn Sabic Polyolefine GmbH, minn Ineos Manufacturing Deutschland GmbH, Ineos Phenol GmbH u Ineos Vinyls Deutschland GmbH, kif ukoll minn Advansa GmbH, Akzo Nobel Industrial Chemicals GmbH, Aurubis AG, CBW Chemie GmbH, CFB Chemische Fabrik Brunsbüttel GmbH & Co. KG, Clariant Produkte (Deutschland) GmbH, Dralon GmbH, Hahl Filaments GmbH, Messer Produktionsgesellschaft mbH Siegen, Messer Produktionsgesellschaft mbH Salzgitter, Nabaltec AG, Siltronic AG u Wacker Chemie AG.Stahlwerk Bous GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.L-Awtorità ta’ Sorveljanz

a tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 142, 12.5.2014.