Language of document :


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal21 ta’ Marzu 2019 –
Telefónica Móviles España et

(Kawżi magħquda C-119/18 sa C-121/18) (1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/20/KE – Artikolu 6(1) u Taqsima A tal-Anness – Awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet – Kopertura ġeografika superjuri għal dik ta’ komunità awtonoma – Kontribuzzjoni finanzjarja annwali – Parteċipazzjoni għall-finanzjament tal-Corporación de Radio y Televisión Española”

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Awtorizzazzjoni – Direttiva 2002/20 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kontribuzzjoni finanzjarja annwali imposta lill-impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fi Spanja u li għandhom kopertura ġeografika superjuri minn dik ta’ komunità awtonoma għall-finijiet ta’ parteċipazzjoni għall-finanzjament tax-xandir pubbliku – Esklużjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20, Artikoli 1(2), 2(a), 6(1) u 12 u l-punt 2 tal-parti A tal-Anness)

(ara l-punti 24, 25, 30, 31 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), għandha tiġi interpretata fis-sens li kontribuzzjoni finanzjarja annwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imposta lill-impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fi Spanja u li jkollhom kopertura ġeografika superjuri għal dik ta’ komunità awtonoma, għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fil-finanzjament tax-xandir pubbliku, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


1 ĠU C 161, 7.5.2018