Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – ADDE vs Il-Parlament

(Kawża T-48/17 R)

(“Miżuri provviżorji – Finanzjament ta’ partit politiku – Dritt istituzzjonali – Garanzija bankarja – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL (ADDE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u maħsuba għall-għoti ta’ miżuri provviżorji maħsuba sabiex tinkiseb eżenzjoni mill-obbligu li tipi kkoswtitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għall-finanzjament minn qabel tas-sussidju li jirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Parlament FINS-2017-13, tal-15 ta’ Diċembru 2016, dwar il-finanzjament mogħti lir-rikorrenti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________