Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett

L-inapplikabbiltà tal-Artikoli 7 tal-Anness V u 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal, kif emendati bir-Regolament Nru°1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra u l-annullament tad-deċiżjonijiet li jirrevokaw l-benefiċċju tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni sal-post tal-oriġini u li jħassar il-leave għal raġuni ta’ distanza.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illegali l-Artikoli 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-persunal u 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal;tannulla d-deċiżjoni li ma tagħtix iktar leave għal raġuni ta’ distanza kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti, sa mis-sena 2014;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.