Language of document : ECLI:EU:F:2015:125

SENTENZA TAT‑TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(Imħallef uniku)

27 ta’ Ottubru 2015

Kawża F‑81/14

Vassilliki Labiri

vs

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura ta’ promozzjoni 2013 – Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa – Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Paragun tal-merti”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, li permezz tiegħu V. Labiri titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea, żvelata permezz tal-komunikazzjoni lill-persunal tad-9 ta’ Ottubru 2013 li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013, li V. Labiri ma tiġix promossa għall-grad AD 13 fil-kutnest tal-imsemmija proċedura.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud. V. Labiri għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali – Suġġett – Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni – Deċiżjoni – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

Il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex il-kompetenza li tindirizza ordnijiet lill-istituzzjonijiet. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, it-talbiet intiżi sabiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jindirizza ordnijiet lill-amministrazzjoni jew sabiex dan tal-aħħar jirrikonoxxi l-fondatezza ta’ wħud mill-motivi invokati insostenn tat-talbiet għal annullament huma manifestament inammissibbli, peress li l-qorti tal-Unjoni ma tistax tindirizza ordnijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew tagħmel dikjarazzjonijiet fid-dritt. Dan ikun il-każ meta jitressqu talbiet intiżi sabiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jistabbilixxi l-eżistenza ta’ ċerti fatti u mbagħad jordna lill-amministrazzjoni tadotta miżuri ta’ natura li jistabbilixxu mill-ġdid lill-persuna kkonċernata fid-drittijiet tagħha.

(ara l-punti 19 u 20)

Referenza:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: digriet tad-29 ta’ Ġunju 2010, Palou Martínez vs Il-Kummissjoni, F‑11/10, EU:F:2010:69, punti 29 sa 31, u sentenza tal-5 ta’ Lulju 2011, V vs Il-Parlament, F‑46/09, EU:F:2011:101, punt 63, u l-ġurisprudenza ċċitata.