Language of document : ECLI:EU:T:2010:466





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Novembru 2010 – Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar)

(Kawża T-404/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja -Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26, 28-37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 379/2009‑1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal bil-kulur, li jikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Deutsche Bahn AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri griż u aħmar għas-servizzi tal-klassi 39 – Applikazzjoni Nru 6733315

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.