Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ottubru 2009 - Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-401/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li biha l-konvenuta ċaħdet it-talba tal-24 ta' Mejju 2009 li saritilha mir-rikorrent.

tannulla n-nota tal-15 ta' Ġunju 2009 li saret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 10 000.00 (għaxart elef euro), jew somma ikbar jew iżgħar li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha li tkun ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-danni mġarrba.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż, tad-drittijiet u tal-onorarji kollha relatati ma' dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Dawn il-proċeduri jirrigwardaw ir-rifjut tal-konvenuta li tilqa' t-talba ta' kumpens għad-danni allegatament ikkawżati min-notifika lil avukat, li ma kienx għadu awtorizzat li jirċevieha, ta' rikors ippreżentat mill-Kummissjoni kontra deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li fiha kien parzjalment laqa' t-talbiet tar-rikorrent.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jinvoka nuqqas assolut ta' motivazzjoni, il-ksur tal-obbligu ta' amministrazzjoni tajba, kif ukoll il-ksur tal-liġi u l-eżistenza, f'dan il-każ, ta' żball manifest ta' evalwazzjoni.

____________