Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Novembru 2010 - Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar)

(Kawża T-404/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f'tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Lulju 2009 (Każ R 379/2009 1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal ta' kulur, li jikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009.