Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' April 2013 - Bell & Ross vs UASI - KIN (Kaxxa ta' arloġġ tal-idejn)

(Kawża T-80/10)

["Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta' arloġġ tal-idejn - Disinn preċedenti - Raġuni ta' invalidità - Nuqqas ta' karattru individwali - Nuqqas ta' impressjoni globali differenti - Utent avżat - Grad ta' libertà tad-disinjatur - Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Konnessjoni ma' kontrotalba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Qorti tad-disinni Komunitarji - Artikolu 91 tar-Regolament Nru 6/2002"]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bell & Ross BV (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KIN AB (Upplands Väsby, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Nielsen u C. Galichet, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta' Diċembru 2009 (Każ 1285/200-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Klockgrossisten i Norden AB u Bell & Ross BV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bell & Ross BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk li KIN AB sostniet matul il-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 113, 1.5.2010.