Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Franz Schröder vs EUIPO – RDS Design (MONTANA)

(Kawża T-855/19) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva MONTANA – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) Eżami ex officio tal-fatti – Ammissjoni tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Franz Schröder GmbH & Co. KG (Delbrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Pechan u N. Fangmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: RDS Design ApS (Allerød, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Viinberg, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 1006/2019–4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Franz Schröder u RDS Design.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Franz Schröder GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

RDS Design ApS għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 54, 17.2.2020.