Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2013 – Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-477/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Syrian Lebanese Commercial Bank S.A. L. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentanti: P. Vanderveeren, L. Defalque u T. Bontinck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-deċiżjonijiet ta’ inklużjoni u ta’ żamma tar-rikorrent fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill 36/2012/UE;

konsegwentement, tiddeċiedi l-kumpens adegwat u sħiħ tad-dannu subit mir-rikorrent minħabba l-aġir illegali tal-Unjoni li jammonta għal EUR 41 074 940, flimkien mal-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali, u b’mod provviżorju tagħti kumpens li jammonta għal EUR 1 000 000, li għandu jiġi adattat skont l-infiq u l-investiment li r-rikorrent għandu jagħmel sabiex jistabbilixxi mill-ġdid l-immaġini u r-reputazzjoni tiegħu;

sussidjarjament, jekk jiġi kkunsidrat li l-ammont tad-dannu subit għandu jiġi evalwat mill-ġdid, tordna perizja skont l-Artikolu 65(d), l-Artikolu 66(1) u l-Artikolu 70 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, fir-rigward tal-aġir illegali li bih huwa akkużat il-Kunsill kemm fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi kif ukoll fiż-żamma tagħhom mix-xahar ta’ Jannar 2012, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi bbażati fuq:żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan;nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti u preċiża tal-miżuri adottati mill-Kunsill kontra r-rikorrent;ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva udifetti li jaffettwaw l-eżami mwettaq mill-Kunsill li jirrendu illegali l-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill.Ir-rikorrent isostni li l-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi adottati mill-Kunsill jikkostitwixxu l-kawża ta’ ċerti danni kemm materjali kif ukoll mhux materjali li hija subiet.Mill-perspettiva materjali, ir-rikorrent jinvoka li subixxa telf operattiv u teknoloġiku kunsiderevoli minħabba, b’mod partikolari, it-telf ta’ relazzjonijiet ta’ negozju ma’ bosta banek Ewropej u Għarab, it-tnaqqis dr

astiku tar-riżultati operattivi tiegħu u t-telf ta’ ħafna assi bankarji mill-2012. Barra minn hekk, l-ex forn

itur tiegħu ta’ software bankarju waqqaf kull relazzjoni miegħu.Mill-perspettiva mhux materjali, i

r-rikorrent jitlob il-kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-preġudizzju għall-immaġini tiegħu minħabba l

-miżuri illegali ta’ ffriżar tal-fondi adottati mill-Kunsill.