Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2103 – You-View.tv vs UASI – YouView TV (YouView+)

(Kawża T-480/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: You-View.tv (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentant: S. Criel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: YouView TV Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ R 2112/2012-4;

Tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “YouView+” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 286 061

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva bl-aħmar u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “You View You-View.tv” għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 – Trade mark tal-Benelux Nru 838 408

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.