Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2013 – G-Star Raw vs UASI - PepsiCo (PEPSI RAW)

(Kawża T-473/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: G-Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. van Manen, M. van de Braak u L. Fresco, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PepsiCo, Inc. (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks and Designs) (UASI) tal-25 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 1586/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, kemm-il darba tintervjeni, kif ukoll għal dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PEPSI RAW” għal prodotti fil-klassi 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 788 004

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “RAW” għal prodotti fil-klassi 25 – Trade mark Komunitarja Nru 4 743 225

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitajra.