Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2014 – NumberFour vs UASI – Inaer Helicópteros (ENFORE)

(Kawża T-478/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NumberFour AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Götz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Inaer Helicópteros, SA (Mutxamel, Spanja) (rappreżentanti: C. Giner Mas u R. Rodriguez Zaragoza, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1000/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NumberFour AG u Inaer Helicópteros, SA.DispożittivMa hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.