Language of document : ECLI:EU:T:2014:591





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Lulju 2014 — You‑View.tv vs UASI – YouView TV (YouView+)

(Kawża T‑480/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali YouView+ — Trade mark Benelux figurattiva preċedenti You View You-View.tv — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Kunċett ta’ ‘dispożizzjoni kuntrarja’ — Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Sentenzi dikjaratorji — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 17)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata — Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 20(1)) (ara l-punti 24, 25)

4.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Interess ġuridiku — Kompetenza limitata tal-Uffiċċju — Assenza ta’ interess (ara l-punt 32)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 2112/2012‑4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn You‑View.tv u YouView TV Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 2112/2012‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn You‑View.tv u YouView TV Ltd, hija annullata.

2)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.