Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie - il-Polonja) – J.D. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-4/16)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2009/28/KE – Il-punt a tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 – Enerġija minn sorsi li jiġġeddu – Idroenerġija – Kunċett – Enerġija prodotta f’impjant idroelettriku żgħir li jinsab fil-punt ta’ ħruġ ta’ ilma maħmuġ ta’ impriża oħra

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.D.

Konvenut: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “idroenerġija minn sorsi rinnovabbli [li jiġġeddu]”, fis-sens tal-punt a tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli [li jiġġeddu] u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-enerġija prodotta minn impjant idroelettriku żgħir, li la huwa impjant ta’ ħażna bl-ippumpjar u lanqas impjant ta’ ppumpjar b’turbina, li jinsab fil-punt ta’ ħruġ ta’ ilma maħmuġ ta’ impriża oħra, li tkun ġabritu għall-finijiet tal-attività tagħha.

____________

1 ĠU 111, 29.3.2016