Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-89/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tat-tnaqqis ta’ tliet somom ta’ EUR 504.67 mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent għax-xhur ta’ Jannar sa Marzu 2013 rispettivament.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikont tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xhur ta’ Jannar sa Marzu 2013, dwar it-tnaqqis ta’ EUR 504.67 mill-allowance tal-invalidità li kellu dritt għaliha r-rikorrent fix-xhur iċċitati;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li tiċħad l-ilment tat-13 ta’ April 2013 imressaq kontra d-deċiżjonijiet iċċitati;

tannulla d-deċiżjoni inkluża fl-ittra tat-22 ta’ April 2013, li tinkludi r-referenza “Ref. Ares(2013)790217 – 23.04.2013” fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-ewwel paġna;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somom segwenti: 1) EUR 504.67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Frar 2013 u sal-jum meta s-somma effettivament titħallas; 2) EUR 504.67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Marzu 2013 u sal-jum meta s-somma effettivament titħallas; 3) EUR 504.67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ April 2013 sal-jum meta s-somma effettivament titħallas;tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.