Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-90/13) 1

(Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti – Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid – Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: A., avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J, Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet tar-rikorrent initiżi sabiex jikseb kumpens għad-danni mġarrba minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra rigward ir-rikorrent lil avukat li ma kienx qiegħed jirrappreżentah u, b’dan il-mod, kisret id-dritt tiegħu għar-rispett tal-ħajja privata.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-90/13, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.