Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2023 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-27 ta’ Settembru 2023 fil-Kawżi magħquda T-12/15, T-158/15 u T-258/15, Banco Santander et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-777/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura:

Banco Santander, SA u Santusa Holding, SL

Abertis Infraestructuras, SA u Abertis Telecom Satélites, SA,

Axa Mediterranean Holding, SA

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2023, fil-kawżi magħquda Banco Santander et vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-12/15, T-158/15 u T-258/15, EU:T:2023:583);

tiċħad ir-rikorsi għal annullament fil-Kawżi T-12/15 (Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni), T-158/15 (Abertis Infraestructuras u Abertis Telecom Satélites vs Il-Kummissjoni) u T-258/15 (Axa Mediterranean Holding vs Il-Kummissjoni);

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqajjem tliet aggravji u tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjonijiet inizjali, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru (l-ewwel aggravju),

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-valur ta’ prattika amministrattiva vinkolanti, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li tali prattika ma tistax testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna (it-tieni aggravju), u,

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi għall-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża (it-tielet aggravju).

____________